keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf 2019/1150 MT Art. 17 cercato: 'l-organizzazzjonijiet' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- online 16
- għandha 13
- tal-intermedjazzjoni 11
- biex 11
- fejn 10
- kodiċijiet 10
- kondotta 10
- tas-servizzi 9
- pubbliċi 9
- stabbiliti 9
- il-kummissjoni 8
- l-assoċjazzjonijiet 8
- speċifiċi 8
- membru 8
- tħeġġeġ 7
- għandhom 7
- membri 7
- minn 7
- kummerċjali 7
- fil-paragrafu 7
- skont 6
- korpi 6
- tagħhom 6
- l-organizzazzjonijiet 6
- assoċjazzjonijiet 5
- mill-fornituri 5
- tat-tiftix 5
- kwalunkwe 5
- lill-fornituri 5
- jirrappreżentawhom 5
- huma 5
- ikunu 5
- għandu 5
- ir-regolament 5
- mingħajr 4
- korporattivi 4
- għas-settur 4
- il-lista 4
- id-dritt 4
- dawk 4
- jissodisfaw 4
- nazzjonali 4
- imsemmi 4
- dawn 4
- tkun 4
- tal-utenti 4
- siti 4
- artikolu 4
- tal-magni 4
- jikkontribwixxu 4
Artikolu 17
Kodiċijiet ta kondotta
1. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ it-tfassil ta kodiċijiet ta kondotta, mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u mill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, flimkien mal-utenti kummerċjali, inklużi l-SMEs u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, li għandhom il-ħsieb li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi li fihom jingħataw servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs.
2. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online u lill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom biex ifasslu kodiċijiet ta kondotta, li huma speċifikament maħsuba biex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa tal-Artikolu 5.
3. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jadottaw u jimplimentaw kodiċijiet ta kondotta speċifiċi għas-settur, fejn jeżistu tali kodiċijiet ta kondotta speċifiċi għas-settur u fejn dawn jintużaw ħafna.
Artikolu 13
Medjaturi speċjalizzati
Il-Kummissjoni għandha, fkooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tinkoraġġixxi lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom biex, individwalment jew bmod konġunt, jistabbilixxu organizzazzjoni waħda jew iktar li jipprovdu servizzi tal-medjazzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 12(2), għall-għan speċifiku li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni barra mill-qorti ta tilwim mal-utenti kummerċjali li jinqala brabta mal-forniment ta dawk is-servizzi, filwaqt li titqies bmod partikolari n-natura transfruntiera tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Artikolu 14
Proċedimenti ġudizzjarji minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u minn korpi pubbliċi
1. l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li għandhom interess leġittimu fli jirrappreżentaw lill-utenti kummerċjali jew fli jirrappreżentaw lill-utenti ta siti web korporattivi, kif ukoll il-korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istati Membri, għandu jkollhom id-dritt li jieħdu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti fl-Unjoni, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, biex jitterminaw jew jipprojbixxu xi nuqqas ta konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fdan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki u informazzjoni ma Stati Membri oħra, abbażi tar-reġistri ta atti illegali li kienu soġġetti għal ordnijiet ta inġunzjoni quddiem il-qrati nazzjonali, fejn tali reġistri huma stabbiliti minn korpi pubbliċi jew awtoritajiet rilevanti.
3. l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 biss jekk dawn ikunu jissodisfaw kull rekwiżiti li ġejjin:
(a) | ikunu stabbiliti sew skont il-liġi ta Stat Membru; |
(b) | ikunu qed isegwu għanijiet li huma fl-interess kollettiv tal-grupp ta utenti kummerċjali jew utenti ta siti web korporattivi li jirrappreżentaw fuq bażi sostnuta; |
(c) | ikunu mingħajr skop ta qligħ; |
(d) | it-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom ma jiġix influwenzat bla bżonn minn kwalunkwe fornitur terz ta finanzjament, bmod partikolari minn fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni tat-tiftix online. |
Għal dan il-għan, l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandhom jiżvelaw bis-sħiħ u pubblikament informazzjoni dwar l-isħubija u s-sors tagħhom ta finanzjament.
4. Fl-Istati Membri fejn hemm stabbiliti dawn il-korpi pubbliċi, dawk il-korpi pubbliċi għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, fejn huma responsabbli biex jiddefendu l-interessi kollettivi tal-utenti kummerċjali jew tal-utenti ta siti web korporattivi, jew biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fdan ir-Regolament, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.
5. L-Istati Membri jistgħu jaħtru lil:
(a) | organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom li jissodisfaw mill-inqas ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 fuq talba ta’ dawk l-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet; |
(b) | korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4 |
li jingħataw id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-fini ta’ kwalunkwe tali organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korpi pubbliċi maħtura.
6. Il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi maħtura skont il-paragrafu 5. Dik il-lista għandha tispeċifika l-fini ta’ dawk l-organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi. Dik il-lista għandha tkun ippubblikata fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Bidliet għal din il-lista għandhom ikunu ppubblikati mingħajr dewmien u, fi kwalunkwe każ, lista aġġornata għandha tkun imfassla u ppubblikata kull sitt xhur.
7. Il-qrati għandhom jaċċettaw il-lista msemmija fil-paragrafu 6 bħala prova tal-kapaċità legali tal-organizzazzjoni, tal-assoċjazzjoni jew tal-korp pubbliku, mingħajr preġudizzju tad-dritt tal-qorti li teżamina jekk il-fini tar-rikorrent jiġġustifikax it-teħid ta azzjoni fkaż speċifiku.
8. Jekk Stat Membru jew il-Kummissjoni jqajmu xi tħassib rigward il-konformità, minn organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 3, jew, minn korp pubbliku, mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 4, l-Istat Membru li ħatar dik l-organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korp pubbliku skont il-paragrafu 5 għandu jinvestiga t-tħassib u, fejn adatt, jirrevoka l-ħatra jekk ma jkunx hemm konformità ma kriterju wieħed jew aktar.
9. Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta siti web korporattivi biex jibdew kwalunkwe azzjoni individwali quddiem qrati nazzjonali kompetenti, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, li hija bbażata fuq drittijiet individwali u għandha l-għan li twaqqaf kwalunkwe nuqqas ta konformità, mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew fornituri tal-magni tat-tiftix online, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fdan ir-Regolament.
Artikolu 17
Kodiċijiet ta kondotta
1. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ it-tfassil ta kodiċijiet ta kondotta, mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u mill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, flimkien mal-utenti kummerċjali, inklużi l-SMEs u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, li għandhom il-ħsieb li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi li fihom jingħataw servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs.
2. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online u lill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom biex ifasslu kodiċijiet ta kondotta, li huma speċifikament maħsuba biex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa tal-Artikolu 5.
3. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jadottaw u jimplimentaw kodiċijiet ta kondotta speċifiċi għas-settur, fejn jeżistu tali kodiċijiet ta kondotta speċifiċi għas-settur u fejn dawn jintużaw ħafna.
whereas